Bħat-tfal tal-iskolam il-psiko terrorist Mark Camilleri bħalissa qed jiddandan bil-ħabib u spjun ġdid tiegħu Matthew Caruan Galizia, anki jekk f’għajnejn ħafna, il-par jitqiesu bħala ‘very strange bedfellows’.
Minkejja ċ-ċaħda banali ta’ Caruana Galizia li kien is-sors tal-informazzjoni lil Mark Camilleri, li ppubblika storja dwar ikla li f’ristorant ta’ lukanda fi Floriana li għaliha kien preżenti l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, il-psiko terrorist qed jagħmel minn kollox biex ixejjen il-pressjoni li jinsab taħtha minħanna l-kuntratt kontroversjali li akkwista mingħand il-Kunsill tal-Arti.
Filwaqt li nibqa’ ninsisti dwar x’qed jagħmel Matthew Caruana Galizia jagħmilha ma’ Mark Camilleri, dan tal-aħħar qed jagħmel minn kollox biex jidher sabiħ u jiġborġieħu ma’ ta’ Repubblika, Occupy Justice u TheShift News li lkoll beżquħ, wara l-mossa ipokrita tiegħu li mar jitkabbar biex jiekol mill-istess idejn li kemm-il darba stqarr li jitqażżez.
Issa li Matthew Caruana Galizia baqa’ l-uniku li qed jaqbeż għal Camilleri, dalwaqt se jinduna ma’ min qed jagħmilha u se jiddispjaċiħ ħafna, meta jinduna li spiċċa ntuza, anki jekk jien konvint li Caruana Galiza hu intelliġenti biżżejjed li dan jafu u konvint ukoll li l-istess Matthew Caruana Galizia qed juża l-ġenn ta’ Camilleri għall-iskopijiet tiegħu.
Kif qal Julian delia fil-blog tiegħu l-bieraħ, thereis no honour among thieves.
U hawnhekk din id-definizzjoni tidħol bħall-ingwanta.
Nassigurakom li Caruana Galizia ma tantx tbissem meta’ ra l-post ta’ Camilleri jsostni li se jkunu meħtieġa s-servizzi tal-Protezzjoni Ċivili għax senjkun hemm ‘Laburistili se jinħarqu’ jaraw ir-ritrtatt tal-koppja Caruana Galizia – Camilleri.
Fuq kollox, għal Caruana Galizia wkoll kollox li jara u li ma jarax hu nar, bġal meta qal li ra lil Yorgen Fenech jiekol għand Da Pippo l-għada li ħareġ bi pleġġ, meta ma kienx veru!
Mark, l-uniku li se jinħaraq hu int, għaliex tant tgħid ċuċati li ħadd ma sar jemmnek.
Qed tgħid li intu familtek huma mhedda.
L-uniku mhedded hawnhekk hi eżatt bħal sieħbek l-ieħor Jason Azzopardi li donnu sparixxa f’dawn l-aħħar ġimgħat.
Int theddida għalik nnifsek!
Tislijiet…