Ta’ Repubblika għamlu l-ewwel mossa tagħhom b’;ritaljazzjoni għall-fatt li Bernard Grech baqa’ ċass u ma refax sebgħa waħda għad-difiża ta’ Robert Aquilina, u ħarġu bl-attakk fuq il-finanżi tal-PN.
Fi stqarrija għall-sitampa dalgħodu, Repubblika ħadet spunt mir-rapport fuq l-ewwel paġna tal-gazzetta MaltaToday li żvelat li għal darb’ oħra l-PN ma ppreżentax ir-rapport finanżjarju teigħu kif inhu mitlub nil-Liġi Elettorali.
Repubblika sejħet dfan bħala ‘inaċċettabbli’.
Imkejjen viċin kemm Repubblika, kif ukoll il-PN qedv jirrappurtawlna li b’din l-istqarrija Repubblika għadha kif iddikjarat gwerra fuq it-tmexxija ta’ Bernard HGrech bħala l-Kap tal-PN.
Bil-kompliċita’ ta’ Karol Aquilina – ħu Robert – u Beppe Fenech Adami, Repubblika se tfittex li ssalva lilha nfisha mill-implużjoni u l-irrilevanża wara l-gwaj ġudizzjarji ta’ Robert, billi tattakka u lill-PN u tieħu over billi timxi lejn l-installazzjoni ta’ Kap li trid hi biex iżommha ħajja.
Dan hu biss il-bidu ta’ dak li qedjinħema, hekk kif l-establishment tal-PN għandu issa mhux biss l-istraġi fil-kredibilita’ ta’ Jason azzopardi, iżda issa l-akkużi serji ta’ vjolenża domestika fil-konfront ta’ Robert Aquilina.
Fl-istess ħin, is-segwaċi tal-kampanja Justice for Daphne wkoll jisnabu f’paniku hekk kif l-akbar alleat tagħhom sġiċċa fl-inkwiet mal-Pulizija.
Fl-istess ħin, kemm il-PN, Repubblika u Justice for Daphne qed iħabbtu wiċċhom mal-possibbilta’ imminenti li jikkrolla wkoll il-każ fażull li nbena kontra l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, bis-saħħa ta’ Inkjesta Maġisterjali vviżżjata mmexxija mill-Maġistrat Gabriella Vella.