Wara li nkixef bħala wieħed li l-aktar influwenza u weġġa’ b’kitbietu u b’diskorsu lill-mibki Mons. Pawlu Cremona, għażel li jipprova jagħmel ftit ‘damage control‘ Permezz ta’ NET TV.
Fil-video – li għamlel f’tentattiv li joħroġ ifuħ wara dak li żvela Fr Charles Tabone – Fr Joe Borg tkellem dwar Mons. Cremona bħala l-Isqof tan-nies, fejn il-Knisja rat trasformazzjoni u aktar qrubija tan-nies lejn il-Knisja.
Iżda fl-istess intervent, Dr. Borg jgġid li ‘miskin’ l-Isqof Cremona ma setgħax ireġi l-pressjoni tal-istituzzjoni tat-tmexxija tal-Knisja.
Allura nistaqsi, għaliex m’għenux?
Għaliex għażel li jmexxih sar-riżenja, flok ma pproteġih, bnieh u mexxih biex ikun jista’ jgħaraf ireġi l-Istituzzjoni u fl-istess ġin jindokra l-merħla li rat qawmien bih.
Iżda le, Fr Borg għażel li jipproteġi biss l-istatus quo fl-istituzzjoni.
L-importanti mhux in-nies għalih, iżda li l-affarijiet jimxu sewwa, bħala kiteb fl-2014 u sostna li t-tmexxija tyal-Kurja hi konfuża daqs kemm kien il-PN fl-1976!
Ara x’ għandu x’jaqsam il-PN mal-Knisja u t-tmexxija tagħha f’din iċ-ċirkostanza?
Imma moħħu hemm imur, l-abbati ta’ Eddie Fenech Adami Fenech Adami.
RITRATT: Joe Borg, għadu tifel fin-1976 mal-mument li Ġorg Borg Olivier għadda x-xettru tat-tmexxija tal-PN li Eddie Fenech Adami.