Li Fr. David Muscat hu kontroversajali nafuha, iżda issa niżel għall-agħar livell baxx immaġinabbli billi bi sfida lejn Jum il-Ħelsien, tella’ bandiera Ingliża fuq il-bejt, filwaqt li sejjaħ bħala ‘April Fool’s‘ il-ġrajja storika tal-1979.
Fr. david Muscat qatt ma ħeba’ s-simpatija tiegħu lejn il-Partit Nazzjonalista, u jidher li ħa spunt mill-offiża nazzjonali ta’ Bernard Grech illum li għamel bojcott liċ-ċeriminja ta’ tifkira uffiċċjali ta’ Jum il-Ħelsien f’Xatt ir-Riżq.
Għal min jgħaddi mill-inħawi ta’ Wied il-Għasel isib il-Union Jack tperper bi sfida għal dan il-Jum Nazzjonali, u dan anki bi ksur tal-Liġi dwar il-bnadar f’Jiem Nazzjonali, fejn hu permess li tittella’ l-bandiera Nazzjonali ta’ Malta.
Bilħaqq! Kont se ninsa!
Oħtu kkontestat l-elezzjoninjiet u ma nġabritx!
RITRATTI : Fr. David Muscat, il-post fuq Facebook, u l-Union Jack fuq id-dar tiegħu llejla