Mons. Pawlu Cremona kien tpoġġa taħt pressjoni diretta u indiretta biex jirriżenja mill-kariga ta’ Arċisqof fl-2014.
Dan żvelaħ Fr Charles Tabone OP f’bikja fuq TVM illum wara nofsinhar waqt ix-xandira diretta tal-esposizzjoni tat-tebut mikxuf ta’ Mons. Cremona fil-Konkattidral ta’ San Ġwann.
Fr Tabone qal li f’ġurnata minnhom kien sab lil Mons. Cremona jibki b’gazzetta f’idu, u qallu: “ara x’għamluli”.
“Beka ħafna , u jien bkejt miegħu”, qal Fr Tabone,filwaqt li żied kif fil-Kurja kienu jgħidulu “int għajjien, int m’intix tajjeb bħala Arċisqod. Int marid.”.
Żied, ma kienx veru li ma kienx tajjeb bħala Arċisqof. “Kien sempliċement għajjien.”
Dak li żvela llum Fr Tabone mistennija tqajjem diskussjoni kbira dwar min kienu dawk fil-Kurja li għamlu din il-pressjoni fuq Mons Cremona biex irriżenja fl-2014, u minfloku nħatar Mons. Charles J. Scicluna.
Hu mifhum li l-istess nies li kienu wara din l-allegata l-pressjoni biex jirriżenja Mons Cremona, se jkunu fost dawk li se jikkonċelebraw il-quddiesa solenni tal-funeral tiegħu nhar is-Sibt li ġej.
ARA L-FILMAT KOLLU BIL-BIKJA U D-DIKJARAZZJONI TA’ FR. CHARLES TABONE