Beda jberraq, u jberraq sew fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.
Ir-riżultat tal-vot tal-bieraħ filgħaxija għall-elezzjoni ta’ Charles Bonello fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali ġdid tal-PN, fetaħ beraħ front ta’ offensiva bla preċedent mill-fazzjoni moderata kontra dik estremista mmexxija minn Karol Aquilina.
Qed jissejħu bħala 32 Blue Heroes ġodda, li vvutaw, astjenew jew li ma ndenjawx jivvutaw f”din l-elezzjoni, u li ħasdu lill-Karol Aquilina u l-fazzjoni estremista u militanti, tant li wara li spiċċa telaq kulħadd mid-Dar Ċentrali, l-estremisti baqgħu sa kwasi s-2am f’eżerċizzju li jidentifikaw min huma l-uċuħ tar-reżistenza kontra l-pjani tagħhom.
Filwaqt li ilu magħruf li fil-PN hemm il-problemi, din tal-bieraħ filgħaxija qed titqies bħala l-akbar waħda li qed jiffaċċja mindu l-2020 meta grupop ta’ Deputati ddeċidew li jmorru għand il-President tar-Repubblika bl-iskop li jneħħu lil Adrian Delia minn Kap.
Din tal-bieraħ iżda qed titfisser bħala l-bidu ta’ problema ferm akbar, fejn qed tara l-iżvilupp ta’ qawmien tal-fazzjoni moderata determinata li ssalva lil-partit milli jitkaxkar fl-abbiss tal-estremiżmu minn Karol Aquilina u sħabu.
AKTAR RAPPORTI MATUL IL-ĠURNATA