Jekk qatt kien hemm prova dwar l-istat ta’ konfużjoni fil-PN dwar min tassew qed imexxi – jekk hu Bernard Grech jew Karol Aquilina – din ħarġet minn post fuq TikTok mill-President tal-Eżekuttiv u Kandidat Nazzjonalista Joseph Grech.
Grech ippubblika video fuq TikTok ta’ coffee morning li organizza dan l-aħħar, u għażel li – minflok lill-Kap, jew il-Kapijiet tiegħu – ittaggja lill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela!
Aktar minn hekk, ninnutaw li Grech għażel li jżejjen il-coffee morning tiegħu bit-tag assurd ta’ ‘viralvideos‘
Dan is-sit jifhem li l-President tal-Eżekuttiv u Kandidat Nazzjonalista għażel li jagħmel ‘tag‘ lill-Prim Ministru Robert Abela fl-għarfien li għandu following qawwi fuq TikTok u forsi seta’ jikseb aktar views u jagħmel aktar ħoss fil-konfront tal-kandidati l-oħra tal-PN fuq id-Distrett. Ergo, ir-raġuni wkoll għat-tag ta’ viralvideos ukoll.
Joseph Grech qed jipproġetta lilu nnifsu bħala ‘aspirant li jġib il-bidla’ u bħala ‘wieħed li kapaċi jġib il-bidla fil-pajjiż’.