Tawħ iċ-ċans mill-ġdid wara l-akbar disfatta għall-PN f’Ġunju tal-2022, Ikkontesta waħdu biex ikun ikkonfermat Kap, għaliex sostna ‘jein se nibqa’ hawn’.
Applawdewh, skużawh għaliex ma kellux żmien biżżejjed biex isib saqajh wara li topġġa fil-kariga mill-klikka li eliminat lil Adrian delia sentejn qabel. Iżda ma wasalx.
L-istorja ta’ Bernard Grech bħala Kap tal-PN kienet destinata biex tinkalja u jniżżel miegħu ukoll lill-istess partit, li mill-2013 ‘l hawn ma sabx rkabtu tiegħu nnifsu. Wisq ġlied intern u piki. Wisq piki bejn nies egoċentriċi u l-ħmar il-lejl kontinwu tal-kontroll li għandha Repubblika fuq l-aġenda tal-partit.
F’dan il-baħar mqalleb, Bernard Grech ħaseb li se jistabbiliżża l-vapur, iżda minflok, it-tmexxija dgħajfa tiegħu kompliet kabbret il-firda nterna, u tefgħet aktar ħatab fuq in-nar bejn il-fażżjonijiet fi gwerra ma’ xulxin.
Illum, it-8 ta’ Ġunju, jum għeluq snin Bernard Grech probabbilment se jibqa’ jiftakarha bħala fost l-agħar li jista’ jiftakar, għaliex mil-lum, Grech jaf li l-jiem tiegħu fit-tmexxija ta’ dak li darba kien ‘partit glorjuż’ huma mgħaduda.
Grech jaf li anki l-kollaboraturi tiegħu – dawk l-aktar fdati madwaru – bdew jitfgħu d-dawl u jgħalqu l-bibien tal-uffiċċji tagħhom u jiltaqgħu bejniethom f;postijiet mwarrba. biex jiddiskutu strateġija bie jitneħħa.
Lkoll qed isostnu li hu ‘inkompetenti’, ‘għażżien’ u mhux ta’stoffa biżżejjed biex irebbaħ elezzjoni għall-PN.
Issa li rivolta oħra qed tinħema, ħafna minn dawk li ħadmu biex eliminawh fl-2020, qed jitfgħu ħarsithom mill-ġdid fuq Adrian Delia. Iva, qed jergħu iħarsu lejn Delia, għaliex propju m’hemm ħadd aktar li hu lest li jitgħabba bil-piż enotrmi ta’ partit mfarrak u fallut b’mażżra ta’ €42 miljun dejn.
Id-Deputat Għawdxi Alex Borg kellu raġun nhar il-Ħadd li għadda, li waqt li kien fod-Dar Ċentrali għall-maratona ġbir ta’ fondi, lissen il-kliem: ‘qed jinbiddlu l-alleanżi’.
U nbiddlu u fif!
Hekk kif ġimgħa ilu Robert Aquilina ta’ Repubblika kien imsejjaħ id-Depot biex ikun interrogat dwar vjolenża domestika, Delia kien jaf li l-aħbar kienet aktar minn Milied li ġie kmieni.
Delia kien ilu jaħdem minn taħt sa mis-survey ta’ qabel l-Għid il-Kbir, fejn il-PN reġa ħa xokk qawwi bin-numri neżlin u d-distakk fil-fiduċja bejn Vernard Grech u Robert Abela kien enormi/
B’tandem ma’ Alex Borg, Adrian Delia kellu jissaporti x-xenati, t-theiddid u l-kontroll ta’ Karol Aquilina u Beppe Fenech Adami fuq il-PN. Iżda issa li Karol kellu jieħu pass lura minħabba l-kwistjoni ta’ ħuħ, Delia reġa’ rebaħ lura t-territorju, tant li ħafna mid-Deputati l-ġodda, li kienu kkundiżżjonati minn Aquilina, issa bdew ħerġin minn qoxrithom u jwiegħdu alleanża lejn Delia.
Bil-partitarji diżżilużi u rassenjati għal fejqan fil-PN, Adrian Delia issa għandu f’idejh ir-riħ fil-poppa biex jerġa’ jdawwarhom lejh, u diġa beda juri l-ewwel sinjali ta’ saħħa, kif għamel waqt il-maratona ġbir ta’ fondi meta mar fid-Dar Ċentrali b’€93,000 u b’diskors simili ħafna li kien għamel waqt il-kampanja tiegħu għall-kap ħames sitt snin ilu.
Bir-riżultat tas-survey ippubblikat illum minn MaltaToday, Delia issa għandu d-dilemma dwar jekk – permeżż ta’ sħbau d-Deputati – imurx dritt għall-qatla billi jikseb mandat mill-Eżekuttiv għal sfiduċja f’Bernard Grech, jew li jħallih hemm sal-elezzjoni li jmiss, iżda jkun prattikament hu li jiddeċiedi għall-Kap.
Delia ngidem darba, u ngidem waħda sew mill-estremisti tal-establishment, u jrid jara kif se jeliminahom minn mas-saqajn. Il-partitarji ilhom isejħu għal dan. Iżda se jkun ifisser le-eliminazzjoni ta’ nies bħal Beppe Fenech Adami li l-kunjom hu biżżejjed biex tifhem li dan mhux se joqgħod għall-ebda kontroll.
Dan hu biss il-bidu ta’ gimgħat li mistennija jkunu mdemmija fil-PN.