L-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia ma jieqafx jissorprendini.
Tassew hu persunaġġ stramb, ‘kinky’ fil-veru sens tal-kelma.
Iħobb li jisawwat, donnu xi dilettant tas-sadomasokiżmu.
Mela kien kap tal-PN, ħadlu postu Bernard Grech, jattendi l-attivita tiegħu, u jifraħ bil-folla ta’ Bernard Grech!
La jgħoġbok hekk, lili u lil sħabi mhux se tagħmlilna differenza Dr Delia, iżda żgur ma tibgħatx messaġġ ta’ kuraġġ lil sħabek Nazzjonalisti lanqas!
Fuq nota differenti, innotajt ir-ritratt li tellajt tal-folla li attendiet illejla għall-protesta tal-PN, jew aħjar it-tifkirab tat-tkaxkira storika tal-PN nhar id-9 ta’ Marżu tal-2013.
Fil-fatt ikkonfermajtli li kienet Triq ir-Repubblika fil-Belt, u mhux Valley Road fl-imsida.
Għax il-folla kient mill-Kings Own sa La Vallette.
Kuntenti inthom, kuntent jien, u norqod b’camomilla llejla u mhux bil-frosta.