Id-Deputata żagħżugħa Nazzjonalista ma taf bl-ebda attakk fuq l-iSpeaker Anġlu Farrugia minn xi kollega tagħha fil-Parlament!
Din hi s-sorpriża li sab ma’ wiċċu s-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield fl-istudios tar-radju RTK, meta d-diskussjoni daret fuq il-kaos li nqala’ fil-Parlament fil-ġranet li għaddew bl-aġir ta’ Karol Aquilina, kif ukoll bil-konsegwenzi fi ħdan il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, meta Aquilina qabad u ħareġ stqarrija minn wara dahar id-deputati sħabu, biex attakka l-integrita’ u l-awtorita’ tas-Sedja.
“Ma naf b’ħadd li attakka lill-iSpeaker”, sostniet Borg Bonello, għall-istgħaġib ta’ Glenn Bedingfield.
Din id-dikjarazzjoni ta’ Borg Bonello tistona totalment mal-verita’ li seħħet propju quddiemha – jew aħjar f’distanża ta’ żewġ bankijiet biss bogħod minnha – għal mhux darba, mhux darbtejn jew tlieta, iżda mill-anqas għal erba’ jew ħames darbiet f’temp ta’ ftit ġimgħat. U dan, filwaqt li l-mezzi kollha soċjali u tal-istampa kienu kollha qed jiotkellmu fuq l-imġieba ta’ Karol Aquilina fil-Parlament.
Hu stramb ukoll kif Eve Borg Bonello għażlet propju li ma tgħidx is-sewwa meta hi stess kienet involuta f’argumenti sħan ħafna fil-grupp parlamentari nazzjonalista, kif ukoll ma’ sħabha l-oħra deputati fil-kurituri tad-Dar Ċentrali, fejn tkażat b’li qed jagħmel l-istess Karol Aquilina.
Eve Borg Bonello naqset ukoll milli tammetti li qed tgħid ma’ kulħadd – u minn wara dahar Aquilina – tawgura li b’xi mod jitkeċċa mill-PN għall-imġieba tiegħu.
Mistoqsija: Kif issapportejtha Glenn?