L-MEP Nazzjonalista David Casa għada l-Erbgħa mistenni jkompli jivvomta fuq Malta u kontra l-Gvern Laburista f’dibattitu li ried u li kiseb fil-Parlament Ewropew dwar is-sentenza mogħtija l-ġimgħa li għaddiet mill-Qorti Ewropea kontra l-iskema taċ-Ċittadinanża bl-Investiment (IIP).
Casa, li flimkien ma’ Roberta Metsola kien strumentali biex il-Qorti Ewropea marret kontra l-parir tal-Avukat Ġenerali tal-UE u ddeċidiet kontra Malta, hu rrappurtat li se jkun qed jagħmel intervent waqt is-seduta tal-plenarja ta’ għada, fejn se jkompli bil-kritika qawwija tiegħu kontra Malta u l-Gvern Laburista.
Sadanittant, l-MEPs tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba, Daniel Attard u Thomas Bajada qed iħejju biex ikomplu jiddefendu isem u unur pajjiżna, kontra l-attakki ta’ Casa u Metsola u t-tixwix tagħhom mal-Partit Popolari Ewropew.