X’jaħseb id-Deputat Nazzjonalista veteran tal-PN David Agius fuq l-istqarrija tal-Grupp Parlamentari Nazjonalista li attakkat l-integrita’ tal-Ispeaker tal-Kamra?
Ma ninsewx li David Agius jokkupa l-kariga ta’ Deputat Speaker, u jkun xieraq li jwieġeb fuq jekk jaqbilx mal-istqarrija, jew jiddisassoċjax ruħu minnha.
Fuq kollox, bħala Deputy Speaker, David Agius imnexxi ħafna mis-seduti tal-Kamra.
Iżda Agius jeħtieġ ikun ċar mal-poplu kif ukoll mal-partitarji Nazzjonalisti jekk jaqbilx mal-attakki sistematiċi u l-imġieva skorretta għall-aħħar fil-Kamra minn sieħbu Karol Aquilina li litteralment ħa over mhux biss lill-Grupp Parlamentari, iżda ħa over lill-PN kollu f’isem l-establishment militanti u estrema tal-partit.