STARRIJA TAL-PARTIT LABURISTA
Mhux biżżejjed li tal-Partit Nazzjonalista riedu jibagħtu lis-suldati Maltin il-ħabs, issa bdew kampanja organizzata biex jixħtu dell ikrah fuq il-Forzi Armati ta’ Malta billi jigdbu dwarhom.
Il-bieraħ fil-Parlament, id-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott allega li l-FAm qed tibgħat suldati Maltin biex iħarrġu truppi Ukreni.
Ftit tal-ħin wara, l-FAM ħarġu stqarrija fejn iċċaraw li m’hemmx suldati Maltin li qed iħarrġu truppi ukreni.
Hemm suldat wieħed Malti, stazzjonat fir-Renju Unit u li huwa nkarigat biss li jiffaċilita l-komunikazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.
F’kelma waħda, Carabott gideb. Ipprova jixħet dell fuq il-FAM u pprova jagħti l-impressjoni qarrieqa, li l-Gvern Malti qed jikser il-prinċipju tan-newtralità tal-pajjiż billi jibgħat suldati Maltin jiġġieldu l-gwerer ta’ ħaddieħor.
Il-Prim Ministru Robert Abela kien ċar ilbieraħ fil-Parlament, iżda wkoll f’għadd ta’ okkażjonijiet oħra: Is-suldati Maltin mhux se jiġġiedlu gwerer ta’ ħaddiehor u l-Maltin mhux se jħallsu ċenteżmu wieħed li hu wieħed biex pajjiżna jixtri l-armi u wisq anqas biex ħaddiehor jixtri l-armi.
l-istħarriġ tal-Ewrobarometru maħruġ illum juri kif il-maġġoranza assoluta tal-Maltin u l-Għawdxin jaqblu mal-Prim Ministru fuq din il-kwistjoni u mhux mal-PN ta’ Karol Aquilina u wisq anqas ma’ Roberta Metsola li skontha, ‘it’s about damn time’ li l-Ewropa tinvesti fl-armamenti tal-gwerra.
Tal-PN jippruvaw jagħtu lil ħaddiehor dak li hu tagħhom. u Darren Carabott ittieħed minn Jason Azzopardi fuq l-attakk tiegħu fil-konfront tas-suldati Maltin.