Fi ħdan il-Grupp Parlamentariu Nazzjonalista kulħadd kelma waħda: Fhiex ġab il-PN Karol Aquilina bl-imġieba estremista tiegħu, u fejn se jkaxkar il-PN, issa li jidher li ħadd ma jista’ jikontrollah?
Fost dawk voċiferi kontra din l-imġieba ta’ Aquilina, hemm id-Deputat żagħżugħ Darren Carabott li lil sħabu qalilhom ċar u tond li “lil dan il-puċinell irridu nwaqqfuh qabel ma jdaħħalna ħol ħajt aktar milli diġa’ aħna”
Carabott hu rrappurtat li qal hekk ma’ sħabu meta flimkien kienu qed jiddiskutu l-ardir ta’ Aquilina li jaqbad u joħroġ stqarrija minn wara daharhom u nfexx jgħajjar lill-iSpeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia.
Il-mistqosija li tqum issa hu dwar jekk illejla Darren Carabott hux se jiddefendi lil Aquilina jew jekk huwiex se jżomm mal-ħsieb tiegħu. li Aquilina jeħtieġ li jitwaqqaf, qabel ma jkun tard wisq għal kulħadd.