Stedina għal logħba football f’corporate box tal-kumpannija Ċiniża mhix korruzzjoni!
Fuq kollox l-istedina ma saritx direttament lil Daniel Attardm saret lil-assistent tiegħu, li staqsih jekk riedx jingħaqad miegħu u sussegwentement ltaqa’ ma’ rappreżentant tal-Hwawei u nlaqgħa oħra li kienet iddikjarata uffiċċjalment u saħansitra kkwantifikaw is-somma totali tal-biljett tal-logħba football li ma kenitx teċċedi l-€150.
Daniel Attard kien pront biex mar hu għand l-awtoryiatejiet Belġjani fejn esprima li hu lest bheix jirrispondi għal kull mistoqsija li kellhom. Saħansitra talab hu stess biex titneħħielu l-immunita’ parlamentari tal-Parlament Ewropew.
Issa qed jingħad li l-investigazzjonijeiet tal-awtoritajiet Belġjani ilhomm ix-xhur jinvestigaw allegat tixħim ta’ lobbisti u Deputati Ewropei, iżda hemm involviment volontarju u involontarju. Hemm min bl-aktar mod konsapevoli aċċetta rigali, flus u ġid ieħor mingħand din il-mega kumpannija Ċiniża tat-telekomunikazjoni.
U Daniel Attard hu propju wieħed minn dawk li inkosapevolment iddaġġal fl-istorja bla ma kien jaf fejn kienet tikkonċerna l-logħba football, iżda meta r-rappreżentant ta’ Hwawei talab għal appuntament formali, Attard għamel kollox skont il-protokoll, irreġista l-laqgħa.
Issa tistgħu tistaqsu, u diġa hu fatt li din hi investigazzjoni serja ħafna. Iva veru, iżda kollox bil-proporżjon u l-bilanċ.
Din ta’ daniel Attard hi frivola, innoċenti u għandha tkun arkivjata malajr.
il-gazzetti lokali, il-Partit Nazzjonalista u l-media indiepndenti ħarġu l-kanuni kollha kontra Daniel Attard u nedew kampanja qarrieqa u ta’demonizazzjoni ta’ Daniel Attard. Dan mhux se nippermettuħ.
Fuq kollox, il-kriċi ta’ Attard isibuha faċli jikkwotaw lill-awtoritajiet Belġjani, mingħalihom li dawn xi ‘super investigaturi’ mentri l-istorja turik propju bil-kontra.
Il-Pulizija Belġjana għandha reputazzjoni tal-aktar korp għażżien u ineffiċjenti fl-Ewropa.
Hu l-każ tas-serial killer tat-tfal Marc Dutrux fis-snin 90 fejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-Pulizija għamlu ħerba fl-investigazzjonijiet u ħallew is-snin jgħaddu qabel ma ndunaw min kien il-qattiel, għall-attakki terroristiċi serji mwettqa fl-2015 fi Brussels u f’Pariġi fejn ir-radikalist u terrorista tal-ISIS Brahim Abdeslam kien qed jgħix propju faċċata tal-kwartieri tal-Pulizija fis-subborg ta’ Brussels, Molenbeek.
Minn hemm Brahim Abdeslam ippjanaa l-atytakki terroristiċi fl-ajruport u fil-Metro ta’ Brussels, kif ukoll l-attakk terroristiku fuq it-teatr Bataclan f’Pariġi.
Bil-Belġju maqsum bejn Frankofoni u Fjammingi,, dawn ma jitkellmux bejniethom, l-intelligence lanqas ma tagħmel skambju ta; informazzjoni u fi Brussels biss, hemm 19-il korp tal-Pulizija lkoll ma jikkomunikawx bejniethom/
Eżempju ċar li ħareġ dwar din l-ineffiċjenża tal-awtoritajiet Belġjani kien li meta d-dinja kollha kienet qed tfittex lil Abdeslam, il-Pulizija tal-fruntiera waqfuh bil-karozza waqt li kien dieħel lura l-Belġu wara l-attakki f’Pariġi, iżda ħalluh jgħaddi qisu mhux hu għal l-intelligence ma ċċirkolawx l-identita’ tiegħu fil-ħin lill-awtoritajiet kollha. L-avviż bl-identita’ tiegħu waslet il-fruntiera kwarta wara li għadda Abdeslam.
Iżda l-konfużjoni tal-awtoritajiet Belġjani ma waqfitx hemm!
Ma wettqitx profiling tat-terroristi tal-Isis li mill-Belġju telqu ħafna Iżlamiċi radikalizzati biex jiġġieldu mal-ISIS fis-Sirja u ma sar l-ebda monitoring tagħhom, u filwaqt li kellha tkun aktar faċli jaqbduh rieqed, il-Liġi ma tippermettix raids fid-djar bejn id-9pm u l-5am!
Insomma dak brief qasir dwar il-Pulizija u l-awtoritajiet Ġudizzjarji tal-Berlġju.
issa ġġudikaw inthom!