Kemm hu ħelu wkoll dan Norman ‘Price’ Vella!
Se jibqa’ jinsisti, u jdejjaq kemm lili, lill-Pulizija u lin-nies fuq din il-biċċa xoghol ta’ Jeremy Portelli.
Isma’ ftit Norman, ix-xemx la telgħet miegħek u lanqas se tinżel miegħek. Neħħi din il-megalomanija li għandek, u aċċetta r-realta, li Jeremy Portelli – dak ir-raġel li INT esponejt – flimkien ma’ numru ta’ nies oħra – minn fuq il-paġna Facebook tiegħek ġie ILLIBERAT minn kull akkuża!
Kont int li sentejn ilu bdejt dan kollu, u llum għax fetaħ ħalqu Jeremy wara sentejn ta’ persekuzzjoni tiela u nieżel il-Qorti minħabba fik, kellu kull dritt mhux biss isemmik, iżda saħansitra jesponik għall-coward li int!
Int taf li int esponejt lill-grupp ta’ nies bil-kummenti tagħhom fuq Facebook għaliex huam Laburisti u kkummentaw fuq Daphne Caruana Galizia.
Iżda mhux kulħadd bħal Jeremy, li ladarba nduna bil-ħdura tiegħek li tesponih, ried jiġġieled il-każ bis-saħħa kollha fil-Qorti. Ħaddieħor, minn dawk li esponejt – biex jaqtgħu fil-qasir – spiċċaw ammettew u ħallsu multa biex jeħilsu.
Int mingħalik li qed tħabbatha ma’ Jeremy Portelli biss, iżda qed tinsa li miegħu hemm numru ta’ nies oħrajn li jafu li tressqu minħabba fik. Fhimtni?
Inutli issa tipprova tinħeba u ssib ma’ xiex tiggranfa.
Ħa ngħidlek fejn hi l-ħadma kodarda tiegħek Norman.
Int stess waqqajt il-ġebla fuq saqajk illum stess bil-post li tfajt, tesponi l-email tas-Supretendent Busuttil li investiga l-każ u ressaq il-Qorti, li b’kumbinazzjoni qabad u wieġeb f’isem il-Kummissarju.
Ehhh! fejn iridu ‘ċerti’ Pulizija, kemm huma kapaċi u ħfief biex imexxu kontra l-Laburisti, fuq ‘tip-off’privileġġjata tas-Sur Norman ‘Price’ Vella!
Kif ma tistħix issa li biex issalva wiċċek, saħansitra tispiċċa tbiegħ fizzjal tal-Pulizija li ħa l-messaġġ oriġinali tiegħek minn fuq Facebook? U kumbinazzjnoni kien qed jara propju l-profile tiegħek dakinhar!
Kemm int raġel Madonna! Tipiku ta’kif tistmgħu lil xulxin fid-Dar Ċentrali tal-PN.
U l-ħadma tkompli hekk:
Biex tkompli mingħalik tibni alibi u jkollok biex taħsel idejk mill-qassata tiegħek stess, erġajt bagħat lis-Supretendent Busuttil, biex tistaqsih: ‘Imma jien qatt issejjaħt biex nixħed?’ u qallek ‘Le ta!’.
Mela ara l-ħadma.
Int tesponi, u l-Pulizija tibgħat għan-nies.
Norman iżda ma jidher qatt, u l-Pulizija b’ħeffa liema bħala tressaq lin-nies quddiem il-Qorti.
Uħud jammettu mill-ewwel, iżda Jeremy jisfida l-assurd u jiddikjara li se jibqa’ għaddej bil-każ.
Iżda l-Pulizija ma tistax tipprova l-każ.
Tgħid se jġibu lil Norman jixhed?
Le ta’, jwieġeb is-Supretendent: ‘ma tafx kif inhuma dawn in-nies?’
Kif? spjegali?, jwieġeb Portelli/
Kif se nsalvaw il-każ u nsallbu lil dan il-Laburist Jeremy Portelli għax ikkummenta fuq post dwar Daphne Caruana Galizia?
Imma l-provi magħluqin!
U le!
Sadanittant, is-Supretendent jipprova jikkonvinċi lill-Maġistrat biex itawwal, u jipprova jdeffes jerġa’ jiftaħ il-provi. Forsi ma tafx kif tiġi żewġ!
Iżda l-Maġistrat fehem il-logħba u jċanfar lis-Supretendent Busuttil.
Ladarba l-provi huma magħluqin, huma magħluqin.
Il-każ ha sentejn, bl-istess Supretendent ma jattendix għal diversi seduti.
Dan ifisser li Portelli dam sentejn tiela u nieżel il-Qorti, u jitlef ġranet ta’ xogħol.
Għax inthom hekk Norman, basta ssallbuh lill-Laburist, u tgħidu li ma tobgħodux!
Insomma, il-Maġistrat taqbiżlu. Jaqbad il-karti, u jħażżeż il-kliem fuq l-istess akkuża tal-bidu: ILLIBERAT MILL-AKKUŻI KOLLHA!
Issa, int Norman trid iddaħħalha f’rasek darba għal dejjem li l-każ hu magħluq, u l-bezqa tiegħek fis-sema’ ġiet lura f’wiċċek.
INT u ħadd ħlief INT, li qajjimt pjeltu għaliex Portelli ġie lliberat u wieġbek kif kellu kull dritt.
Malli INT qajjimt furur, il-Pulizija kellha tibgħat il-każ quddiem l-Internal Affairs tal-Korp tal-Pulizija, fejn irranġajt lil Supretendent Busuttil għall-frisk!
Issa għamilli pjaċir, tkomplix idaħħaq pajjiż aktar bik, murb iġbor il-frak li ħallejt warajk, u mur f’rokna u ibqa’ hemm għat-tul.
Tislijiet