Bernard Grech għaġġel. Għaġġel ħafna.
Semgħa mingħand is-soltu persuni żbaljati dwar il-Kunsill Lokali tal-Għargħur, u issa se jkollu jġorr il-piż talli ddefenda lil Helen Gauci, bla ma kien jaf xejn dwar it-taħwid fil-finanżi tal-Kunsill, u x’se joħroġ minn investigazzjoni u audit fuq it-tmexxija tal-Għargħur mill-PN taħt is-Sindku Helen gauci.
Imbuttat mill-estremisti Karol Aquilina u Beppe Fenech Adami, li għalihom il-lokalita’ tal-Għargħur hu donnu xi ‘art qaddsa’ Nazzjonalista, Bernard Grech ma tax każ li wara r-riżenja ta’ Francesca Attard minn Viċi Sindku Nazzjonalista kien se jinqala’ l-putiferju tal-iskandli finanżjarju li jinsab mgħobbi bihom il-Kunsill ta’ Ħal-Għargħur.
Grech jidher li kien politikament naive biżżejjed biex minflok appoġġja lil Francesca Attard li xebgħet mit-taħwid u l-Kunsill jibqa’ jinżamm fl-għama ta’ kollox.
Minflok, Grech qagħad fuq informazzjoni purament partiġġjana mogħtija lilu minn Aquilina u Fenech Adami li nsistew li l-PN kellu joħroġ il-kanuni kollha kontra l-vot ta’ sfiduċja kontra Helen Gauci.
Bħas-soltu, Grech ra l-vot ta’ sfiduċja li għadda, Helen Gauci tqaċċtet minn Sindku bil-vot ta’ Francesca Attard li għaddiet indipendenti u vvutat mal-Partit Laburista u Mariah Meli saret is-Sindku.
Grech imbgħad kien mheżżez mill-intervisti li taw kemm Francesca Attard, kif ukoll Mariah Meli ma’ Ricky Caruana, u sussegwentement l-istraġi tal-intervista wkoll ma’ Ricky Caruana minn Helen Gauci, li kixfet kif is-sommata’ €23,500 dovuti lil Edwin Micallef għall-organizazzjoni tal-event tal-boxing sena ilu, se toħroġhom hi minn butha.
Ġara wkoll li Edwin Micallef appena sema’ l-intervista ta’ helen Gauci, ċempel fuq programm ta’ diskussjoni ta’ One Radio u żvela kif Gauci tatu appuntament purnata qabel biex tħallsu l-€23,500 u baqgġet ma dehritx.
Grech lanqas ma kien infurmat bit-telefonata li dwarha beda jitkellem kulħadd fuq il-emzzi soċjali u ħadd mill-istaff tiegħu ma kien itelliġenti biżżejjed biex jilqa’ għall-0eventwalita’ li Micallef jitfaċċalu waqt il-protesta fil-Għargħur, kif fil-fatt ġara u Bernard Grech spiċċa umiljat quddiem il-cameras ta’ One News li kienu lesti galih!
Politikament Bernard Grech ħareġ ta’ politiku imbeċilli.