(RITRATT: Chris Sant Fournier/The Sunday Times)
Fl-Evanġelju, nafu l-istorja rrakkontata dwar is-serduk li jidden tlett darbiet meta San Pietru ċaħad lil Kristu meta ġew ir-Rumani biex jarrestawh.
L-istess għamel is-Segretarju Ġenerali l-ġdid Charles Bonello, li beżaq lill-eks boss tiegħu f’Kastilja Lawrence Gonzi, meta kien ikkonfrontat b’mistoqsijiet minn ġurnalist ta’ The Sunday Times.
Bonello qabad u wieġeb bla mistħija: ‘I’m not a Gonzi man. I’m a PN man!’
Warrabblu, għax milli jidher ikkonverta mal-moderati s-Sur Bonello!
U s-serduq idden mill-anqas 32 darba – daqs kemm faqqsu Blue Heroes ġodda, fil-lejl li ttieħed il-vot drammatiku biex inħatar Segretarju Ġenerali.
Tant mhux Gonzi man, li qas għaddew 24 siegħa mill-ħatra tiegħu meta l-partitarji nazzjonalisti nfexxew b’rabja waqt telefonati fil-programmi li xxandru fuq Net FM, b’Charles Bonello, kollha jakkużawh b’responsabbilta’ għaliex ħafna nies ma vvutawx lil-PN mill-2008 ‘l hawn!.