Is-Segretarju Ġenerali tal-PN Charles Bonello għal darb’ oħra għandu d-Dar Ċentrali titkellem minn wara daharu, għaliex qed jerġa jirrepeti l-istess żbalji l-ewwel interess ikun fejn tgawdi l-familja, u fl-aħħar ta’ kollox jiġi l-PN!
Charles Bonello se jorganizza attivita’ f’The Olive Garden nhar il-Ġimgħa li ġej, u b’kumbinazzjoni, għażel l-istess caterers li juża għal kull event, kemm tal-PN kif ukoll tal-Kunsill Lokali Fgura, fejn għadu jservi bħala minority leader.
Mal-kumpannija tal-caterers, taħdem bħala manager ħadd għajr seħbitu Charmaine Gerada, u b’hekk issa fil-PN qed jistaqsu jekk Gerada – li tieħu l-order – hix qed tieħu l-commissions ukoll.
Li hu żgur hu li Bonello qed jirrepeti l-istess żbalji li wettaq tul il-karriera politika tiegħu, fejn dejjem ħares lejn l-interessi tiegħu u mhux tal-familja tal-PN.