(RITRATT: Chris Sant Fournier / The Sunday Times)
Is-Segretarju Ġenerali tal-PN Charles Bonello jemmen li l-Partit Nazzjonalista għandu “90% chance” li jirbaħ l-Elezzjoni Ġenerali li jmiss.
F’intervista ma’ The Sunday Times, Bonello esprima lilu nnifsu bħala “fiduċjuż ħafna” li l-Kap Nazzjonalista bernard Grech se jwassal lill-PN lejn rebħa elettorali.
Iżda hemm proviso importanti:
Fi kliem Charles Bonello dan jista’ jseħħ biss jekk kemm-il darba fil-PN ikun hemm l-“għaqda”.
U hawnhekk tidħol ix-xjenza għal Charles Bonello, għaliex jekk isib laboratorju jew isaqsi lil kwalunkwe xjenzat, jinduna li l-possibbilta’ xjentifika ta’ 90% chance ta’ rebħa elettorali mill-PN, u li Bernard Grech iwassal lill-PN għal rebħa elettorali, hi tali għall-impossibilita’ molekolari.
Dan qisu jemmen li bniedem tad-demm u l-laħam jista’ jgħaddi minn ġo ħajt!