Se jitlaqqa’ llejla l-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista.
Fl-aħħar kellu jċedi l-Bernartd Grech għall-insistenża ta’ diversi Deputati li sostnew ffuq l-emerġenża tas-sitwazzjoni li żviluppat fil-partit wara l-attakk fuq Alex Borg minn Kevin Cassar.
Il-Whiup tal-Grupp Parlamentari Paula Mifsud Bonnici ħarġet messaġġ fuq il-WhatsApp group tal-Grupp parlamentari fejn aċċettat li l-aġenda tal-laqgħa tal-lum se tkun: L-attakk fuq Alex Borg.
Imkejjen infurmati sew qalulna li l-estremisti mmexxija minn Karol Aquilina, u issa wkoll voċiferu magħhom hemm Beppe Fenech Adami, li se jinsistu għat-tkeċċija ta’ Alex Borg fuq il-bażi ta’ ‘insobordinazzjoni’ billi qabad u siefer u kien assenti għall-vot parlamentari ta’ nhar l-Erbgħa li għadda.
Fuq in-naħa l-oħra mistennija ssir difiża qalbiena minn Adrian Delia, Joe Giglio, Ivan J. Bartolo fost oħrajn għal Alex Borg, b’enfasi li Bernard Grech jiddikjara l-kundanna tal-PN kontra l-attakki ta’ Repubblika u l-estremisti.
Mistennija tintalab ukoll li jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali Starordinarju minn Depuati li se jwasslu messaġġ tal-partitarji rrabjati għas-sitwazzjoni li tħalliet tiddeġenera b’riżultat tal-inazzjoni tal-Kap Nazzjonalista.
AKTAR DETTALJI FIL-ĦIN LI ĠEJ