L-Avukat ta’ Repubblika Jason Azzopardi dalgħodu nstab ħati mill-Qorti li ġibed filmati illegali fil-bini tal-Qorti.
Is-sentenza ngħatat mill-maġistrat Monica Vella fil-każ li l-Pulizija fetħet fil-konfront ta’ Azzopardi għal filmat li deher fuq Net News wara seduta tal-Qorti tal-Appell dwar l-Isptarijiet fil-każ fejn dehru l-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard f’isem il-Gvern.
Il-Qorti rat kif mill-provi rriżulta kif kull filmat miġbud mis-CCTV tal-bini tal-Qorti jaqblu perfettament mal-angolu ta’ kif inġibed il-filmat fil-ħin li Jason Azzopardi għadda fil-post fejn kienu bil-qiegħda l-Prim Minsitru Abela u l-Ministru Attard.
Fis-sentenza tagħha, l-Maġistrat spjegat “b’mod ċar l-import ta’ din is-sentenza”, jiġifieri li Jason Azzopardi issa għandu rekord kriminali!
Billi sabet il-ħtija f’Jason Azzopardi, ikkundannatu għal multa ta’ €1,000.