Għal Andrew Borg Cardona, hi tad-daħq’ u jiġi ‘jitnejjek’ mill-kwerela kriminali li tressqet kontrih dwar hate speech goff u inaċċettabbli tiegħu kontra l-Laburisti.
F’kummenti ma’ sħabu l-estremisti u elitisti ta’ Repubblika u Occupy Justice, wieħed jista’ jinnota l-arja u s-sens ta’ entitlement u impunita’ li drat fiha din il-klikka, fejn minkejja li jippontifikaw fuq ir-rule of law, dawn jippretendu li l-Liġi ma tgħoddx għalihom iżda biss kontra l-Laburisti.
Intant, il-perċimes ta’ Repubblika Robert Aquilina kiteb post twil jakkuża lili, lil Neville Gafa u lil Emanuel Cuschieri b’kampanja ta’ mibgħieda kontra l-familja Caruana Galizia!
Kemm hu żbaljat u deliberatament qarrieqi!
Ħadd minna qed jesprimi mibgħieda, anżi lkoll magħqudin f’kundanna għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, iżda lkoll magħqudin f’kundanna għas-sens ta’ entitlement ta’ membri tal-familja tagl-mibkija Caruana Galizia, minfuħin minn organizazzjonijiet bħal Repubblika u Occupu Justice, li jemmnu li Malta hi tagħhom u li jistgħu jagġmlu li jridu, billi jżebilħu lil min iridu, li jibgħatu l-ħabs lil kull min iridu u li l-istituzzjonijiet jisimgħu mingħandhom biss, apparti li jikkapparaw Monumenti Nazzjonali.
Robert Aquilina, flimkien ma’ ħuħ Karol u l-estremisti kollha jaqblilhom jagħmlu reality check magħhom infushom.
Minflok jinfexx fina, Robert Aquilina aħjar jikkundanna lil Andrew Borg Cardona u lil sħabu għall-hate speech tagħhom, forsi jirbaħ ftit kredibilita!