Minn hawn u ftit tal-ħin ieħor Robert Aquilina se jitħalla jitlaq mid-Depot tal-Pulizija bil-police bail u jirritorna lejn id-dar konjugali tiegħu fis-Siġġiewi.
Il-Pulizija ma tistax iżżommu aktar minn hekk, wara li l-Maġistrat tal-Għassa Kevan Azzopardi ċaħad it-talba tal-istess Pulizija għall-ħruġ ta’ mandat għall-arrest, minkejja li assessment urġenti li sar fuq il-mara ta’ Robert Aquilina poġġiha fil-kategorija ta’ ‘high risk’,
Fl-interrogazzjoni tiegħu, Robert Aquilina hu rrappurat li tefa’ kollox fuq il-mara, u akkużaha li mhix f’sikkitha.
Aquilina hu rappurtat li għamel minn kollox biex jeżonera lilu nnifsu u saħansitra qal li martu ‘nefħet l-istorja’.
F’dan l-isfond, l-istorja li qed tiżviluppa hi din.
Il-Pulizija spiċċat b’idejha marbutin fuq dan il-każ minħabba n-nuqqas ta’ warrant għall-arrest, kif isir is-soltu. B’hekk Aquilina se jkollu jitressaq il-Qorti b’ċitazzjoni f’data li probabbilment se ssir sena u nofs oħra.
Fl-istess ħin, dan il-każ u kif mexxa l-Maġistrat tal-Għassa, u kif ireaġixxa mal-Pulizija fl-sitqarrija tiegħu Robert Aquilina jiftaħ beraħ id-diskussjoni fil-pajjiż dwar fejn huma l-organizazzjonijiet tan-nisa, li llum kienu impenjati ma’ The Times jiddefendu (b’mod ġustifikat) lil Peral Haber, dwar allegat każ ta’ bullyi9ng minn huha Justin.
Jiftaħ beraħ ukoll id-diskussjoni għall-organizzazzjonijeit tan-nisa biex jesprimu fehmthom dwar kif mxiet il-ġustizzja f’każ ta’ vjolenża domestika li nvolva lil Robert Aquilina.
Jinvolvi lill-Avukat Ġenerali, lill-Prim Imħallef, lill-Kamra tal-Avukati, lill-Kamra tan-Nutara, l-NGO’s u anki dawk tas-saħħa mentali, għaliex hawnhekk l-alibi li qed tintuża hi l-mard mentali.
Insomma, rajniha ssir din diġa fi ħdan il-Partit Nazzjonalista meta lejn il-mara ta’ Adrian Delia, kienu karitatevoli tant li tawha titli sbih u wkoill għoddewha bħala waħda….
Minn dan kollu qed naraw pattern ta’ affarijiet strami li qed iseħħu għaliex jinvolvu propju lit-tali.