il-protesta tagħna hi protetta bil-liġi’ sostniet l-attivista ta’ Occuoy Hystice u Repubblika,Ann De Marco, b’referenza għas-sentenża mogħtija xi snin ilu mill-Mħallef emeritus – illum Ombudsman – Joseph Zammit McKeon.
Għal Ann De Marco, il-fatt li Zammit McKeon ta sentenza li l-manifestazzjoni ta’ placards mal-Monument Nazzjonali tal-Assedju fil-Belt, hi ‘liberta tal-espressjoni’ ifisser li dak hu dritt mogħti lilhom biss, u li huma biss għandhom il-jedd li jpoġġu l-affarijiet mal-monument.
B’kitbietha stess fuq Facebook, Ann De Marco ammettiet li nehhiet il-placards mpoġġija minn Neville Gafa li jirrakkontaw il-verita moħbija tal-ħajja privata ta’ Daphne Caruana Galizia, fosthom dwar vjolenza domestika, hit and run u evażjoni ta’ VAT.
Dalgħodu Ann De Marco nqabdet tneħħi l-affarijiet ta’ Neville Gafa mal-monument, u wara tefgħet post tgħajjru.
B’din l-evidenza, kif ukoll b’rapport li sar għand il-Pulizija għat-tneħħija tal-placards, dan is-sit issa qed idur fuq il-Pulizija u jinsisti li jittieħdu l-passi fil-Qorti kontra Ann De Marco.
Il-Pulizija ma tistax tressaq lil-Laburisti biss, kif għamlet meta saritilha rapport li xi ħadd neħħa l-affarijiet ta’ Repubblika u Occupy Justice.
Neżiġu azzjoni f’ġieħ is-sewwa.