L-attivist ta’ Repubblika Manwel Delia fisser il-Maġistrati li aktar kmieni din il-ġimgħa ċaħdu t-talbiet ta’ Inkjesti fuq il-Ministru Clint Camilleri bħala “dgħajfa” u tkaża bihom talli ma aċċettawx l-Inkjesti għaliex Azzopardi ma ppreżenta l-ebda prova biex jissostanżja l-akkużi.
F’diskors li għamel biswit il-Monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt bħala parti minn vġili għal Daphne Caruana Galizia, Delia tkaża bil-Maġistrati talli “ppretendew il-provi materjali” mingħand Jason Azzopardi biex jaċċettaw l-impenn tal-inkjesti mitluba.
Delia żied l-attakk tiegħu fil-konfront tal-Maġistrati billi implika li riedu jibgħatu messaġġ lill-Gvern li l-Ministri tiegħu kienu “safe” magħhom, u li ma kienx hemm bżonn li tinbidel il-Liġi tal-Inkjesti.
ISIMGĦU L-INTIMIDAZZJONI LEJN IL-MAĠISTRATI MINN MANWEL DELIA:
L-attakk ta’ Manwel Delia fuq il-Maġistrati jkompli ma’ attakk aħrax ieħor li sar ftit tal-jiem ilu minn Jason Azzopardi, li implika li l-Maġistyrati saru kompliċi f’reat.