L-imġieba vjolenti u arroganti tal-Avukat Roberto Montalto m’hix sorpiża għal ħadd.
Għal min jaf lil Roberto Montalto, huma diversi r-rapport li daħlu tul medda ta’ xhur dwar vjolenza, u saħansitra ftit tal-ġimgħat ilu f’awla waqt ġuri, li qrabha ta’ vittma ta’ qtil nfexxew jgħajjruh għal raġunijiet titalment indipendenti mill-każ.
Iżda għal min seta’ kien sorpriż għat-theddid tiegħu lejn il-Pulizija, sibna filmat tal-istess Roberto Montalto – li nżerta wkoll li hu l-Avukat ta’ Daphne Caruana Galizia – meta kien tkellem waqt il-programm Xarabank, u riprodott minn Net News, dwar x’jaħseb fuq il-Pulizija.
MILL-ARKIVJI: KIF JIRRAĠUNA L-AVUKAT ROBERTO MONTALTO DWAR IL-PULIZIJA: IT-THEDDID TIEGĦU LEJN IL-PULIZJA FL-GĦASSA TAL-BELT MA ĠIETX B’SORPRIŻA.
Intant, ibbażat fuq dak li kien qal waqt Xarabank xi snin ilu, l-Avukat Montalto ma tantx ħasibha darbtejn biex qabed u ppretenda għax hu l-Avukat ta’ Daphne Caruana Galizia li jittra lill-Pulizija b’arroganza u bit-theddid.