Il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta Kurt Farrugia sostna li l-proġett infrastrutturali kbir tal-fly-overs fil-Kappara kienu audited b’reqqa’ mill-Kummissjoni Ewropea, li ħarġet ammonti sostanżjali ta’ finanżjament tal-proġett.
Farrugia spjega dan bi tweġiba għal mistoqsija li saritlu mill-Professur Andrew Azzopardi fuq ir-Radju RTK, li staqsa fuq rapport li deher fil-gurnal The Times, fejn kien allegat li l-eks Kap Eżekuttiv ta’ TM James Piscopo.
Għal kull mistoqsija ta’ Azzopardi, Kurt Farrugia spjega li minn kull audit voluminuż li sar mill-Kummissjoni Ewropea, u qatt ma kienu tqajjmu dubji dwar l-ebda transazzjonijiet suspettużi.
ISMA L-INTERVENT TA’ KURT FARRUGIA FUQ RADJU RTK HAWNHEKK