Għaddiet ta’ Karol Aquilina!
U Bernard Grech għadu kif għadda x-xettru ta’ Kap lil Karol Aquilina bħala l-Kap il-ġdid tal-PN, hekk kif fil-bidunett tas-seduta tal-lejla tal-Parlament, Grech qara diskors – miktub għalih minn Beppe Fenech Adami – li ddefenda l-aġir pastaż u estremista ta’ Aquilina lejn l-iSpeaker, u ħabbar li kien qed jordna lid-Deputati kollha tiegħu biex joħorġu ‘l barra mill-Kamra.
Dan ifisser, li Bernard Grech – flok ma kkundanna jew iddixxiplina lil Aquilina – taħ raġun, u issa taħ ir-riħ u l-arja biex mil-lum stess iħarrax il-kampanja estremista tiegħu,m u fl-istess ġin ikaxkar l-isfel lejn l-abbiss lill-PN u lil sħabu.
Fl-iscript tiegħu qabel ma beda d-dibattitu, Bernard Grech akkuża lill-Gvern li qed jaħdem biex jiċċensura lill-Oppożizzjoni u juża tattiċi dittatorjali biex isikket lill-Oppożizzjoni.
Mingħajr l-ebda apoloġija mill-Oppożizzjoni għat-tgħajjir lejn is-Sedja, Bernard Grech ma qal xejn fuq il-kontenut tal-Mozzjoni mressqa mill-Gvern li ssejjaħ għal kundanna ta’ Aquilina. Anżi żamm strateġikament il-bogħod milli jagħmel l-iċken referenza għal li kien qed jgħid il-Gvern u għażel minflok li jdawwar kollox fuq il-Gvern.
Grech imbgħad għadda biex ordna lid-Deputati tiegħiu il-barra mill-mara.
Mil-lejla, Bernard Grech tilef it-tmexxija tiegħu tal-PN, u fetaħ beraħ il-bieb għar-ritorn ippjanat ta’ Karol Aquilina li jdaħħallu lil Simon Busuttil biex jeħodlu postu.
L-uċuħ tad-Deputati PN madwar Grech fil-Parlament illejla kienu indikattivi tas-sitwazzjoni gravi ħafna fi ħdan il-partit.