Kemm fix-xjenza, kif ukoll fil-ġeografija hemm fatti ppruvati fejn il-poli opposti ma jistgħu qatt jitqarrbu lejn xulxin, iżda d-Deputata Nazzjonalista Eve Borg Bonello, jidher li qed timbotta biex tirbaħ l-Premju Nobel għax-Xjenza billi tmeri dab l-istess fatt.
Siegħat biss qabel ma l-Parlament jiddibatti l-Mozzjoni mressqa mill-Gvern li ssejjaħ għall-kundanna tal-aġir u l-imġieba ta’ Karol Aquilina fil-konfront tal-iSpeaker Anġlu Farrugia, din Eve Borg Bonello toħroġ tiddefendih u tfissru bħala “vittma ta’ attakki mill-Partit Laburista u “mill-aġenti tiegħu”.
Filwaqt li hu fatt magħruf kemm fil-PN kif ukoll barra fit-triq li Eve Borg Bonello hi djametrikament kontra Karol Aquilina u l-klikka estremisti li jmexxi, nhar is-Sibt li għadda, waqt intervista fuq ir-Radju RTK għażlet li tilgħabha tal-muta, it-tuxa u l-għamja, billi stqarret li ma ta taf b#ħadd li attakka lill-iSpeaker.
Iżda Borg Bonelloissa għamlet qabża kbira ta’ kwalita’ b’riżq il-proġett ipokrita u assurda tagħha, billi ppubblikat ritratt tagħha bejn Karol Aquilina, u ħadd għajr l-arċi għadu ta’ Aquilina: Alex Borg!
Borg Bonello, qed taqbeż ukoll għall-Għawdxi Alex Borg, minkejja li l-gazzetta ‘Illum’ kkwotat dak li fissret bħala diriġent għoli fil-PN, ifissru bħala ‘prima donna’ u li ‘jħobb lilu nnifsu aktar milli jħobb lil-PN’
Insomma, meta tkun taħġseb li rajt u smajt b’kollox fil-PN, tinduna li għad trid tiskopri ħafna aktar għeġubijiet li jwassluk biex titkellem waħdek/
Eve Borg Bonello hi relattivament ġdida fil-politika, iżda dan ma jiġġustifikax imġieba ipokrita u li taħseb li n-nies ċwieċ.
M’hiex skuża lanqas biex tipprova titnejjek f’wiċċ in-nazzjonalisti, li issa fehmu l-logħoba stupida u bla sens tagħha.