Donnu s-siparju tal-arroganza ta’ żmien GonziPN reġa’ tela’ fuq id-Dar Ċentrali, hekk kif minflok umilta’ bħala tweġiba għar-rabja tan-Nazzjoanlisti għall-ħatra ta’ Charles Bonello bħala s-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-partit, dan irrispondihom: ‘kulħadd irid jobdi’.
F’intervista fuq ir-radju RTK, Charles Bonello ġie jaqa’ u jqum mill-baraxx ta’ telefonati ta’ kritika mill-partitarji fuq Net FM, u nsista li fil-PN se tiddaħħal id-dixxiplina.
Barra minn hekk, Bonello farfar il-kritika qawwija, u nsista li fil-PN ma tistax tiskarta l-ħidma li saret minn nies ta’ madwar Gonzi meta kien Prim Ministru.
ISIMGĦU LIL CHARLES BONELLO HAWNHEKK
Waqt l-istess intervista, Charles Bonello qal li biex wieħed jidħol fil-Partit Nazzjonalista irrid jimxi mar-regolamenti tal-Partit Nazzjonalista, inkella jiġi muri l-bieb ta’ barra.
Bl-istess retorika, qal li taħtu, huwa se jkun qed iżid id-dixxiplina fil-Partit Nazzjonalista, bħal ma kienet fi żmien GonziPN.
Xi ħaġa, li anke huwa ammetta li ntilfet fi żmien Michael Piccinino.