Bernard Grech illejla kien ikkonfrontat minn persuna li gġandha tiġbor is-somma ta’ €23,000 mingħand l-eks Sindku PN Helen Gauci, li ddikjarat li se tagħmel tajjeb hi minn butha għal din is-somma li naqset mill-ammont totrali ta’ event tal-boxing li sar fil-lokal u dan wara li sponsor li sabet hi, rtira mill-ftehim.
Grech kien ikkonfrontat minn dan ir-raġel waqt l-attivita li organizza l-PN fil-Għargħur illejla għaliex tilef il-maġġoranża fil-lokalita wara l-vot ta’ sfiduċja fis-Sindku.
Konxju li kein hemm kamera ta’ One News, Bernard Grech kien imbarazzat ħafna li l-argument politiku tiegħu qed jiġġarraf u8 li kien qed jipproteġi l-persuna żbaljata fil-Kunsill tal-Gġargħur.
Grech tant ma kienx jaf x’qed jiħri li saħansitra tkellem fuq ħlas u kien merut, u tkellem fuq theddid u rapporti fl-għassa, u spiċċa ma kkonkluda xejn, għajr li kellu jitlaq mill-Għargħur bil-mistħija li spiċċa avvelut quddiem in-nies u l-kameras tal-ONE News.