M’hemmx għalfejn infakkarkom.
Bernard Grech irid inessik, iżda aħna mhux se nħalluk.
Għaddew il-jiem, il-ġimgħat u s-snin, u mindu Bernard Grech inħatar Kap tal-Partit Nazzjonalista SAL-LUM, il-PN għadu ma sabx awditur u għadu ma ppubblikax il-kontijiet finanżjarji tiegħu.
Dan ifisser li sal-lum, il-Partit Nazzjonalista baqa’ jopera b’impunita’ assoluta, u qisu xejn m’hu xejn.
Iżda Bernard Grech għad irid jagħtina ħafna ruisposti għal mistoqsijiet li ħaseb li nsejna.
Dan jikkonċerna r-relazzjoni tal-PN ma’ Yorgen Fenech.
Ħames snin ilu kienet saritlu mistoqsija, iżda fl-assenża ta’ awditur, nemmnu li konvenjentement għadu ma tax risposta.
Il-mistoqsija kien għamilha Christian Peregin ftit wara li Bernard Grechh laħaq Kap tal-PN.
Sal-lum, Grech ma tax tweġiba sħiħa. Qal li se jkompli jinvestiga…
Int x’taħseb?