Ippanikjati li l-każ kollu kontra l-eks Prim Ministru Joseph Muscat se jikkollassa b’konsegwenza tal-mod traskurat u abbużiv li sar, issa l-estremisti ta’ repubblika qed jippruvaw jużaw xhieda ta’ espert li jgħid li ma sabux messaġġi fit-telefon tal-istess Muscat.
Filwaqt li għal min jaf lil Joseph Muscat u għadd ta’ nies oħra, ilhom is-snin jużaw is-sistema ta’ ‘disapperaing messages’, iżda għall-estremisti ta’ Repubblika, il-messaġġi mħassra huma ‘prova’ li dak li qed jgħidu hu mixxu!
Imma kif minnu? Jekk mhemmx messaġġi m’hemmx prova!
It-tieni, ta’ repubblika jridu jingannaw bi statement bħal dik, għaliex huma stess, ibda minn Robert Aquilina li juża s-sistema ta’ disappering messages, li hi komuni ħafna, u xejn ta’ barra minn hawn.
Ta’ Repubblika iżda huma cheap u vili fl-attakk tagħhom kontra Muscat, għaliex hu faċli ħafna li jippruvaw jitkażaw b’Muscat, u jinsew lill-familja Caruana Galizia.
Kif kiteb Jason Micallef fuq Facebook illum:
L-estremisti, tal-borom u t-tagnijiet, in-nutar tal-Kurja, u shabhom fil-media hekk imsejha ndipendenti, il-bierah tkazaw ghax Joseph Muscat wara li spicca minn Prim Ministru, hassar il-messaggi li kellu fil-mobile u ghamel sew.
Ha nfakkarhom lil dal-qatta foloz u ipokriti min gieghel lill-pulizija germaniza thassar laptop shih u tisparixxih.
Hawn qed nurikom bil-fatti kollha kemm intom tan-nejk u bla farka kredibilta. Jew il-familja Caruana Galizia ghandha xi drittijiet specjali biex tordna li jithassar laptop mimli nformazzjoni?!!