Imma kif lanqas fuq l-aktar ħaġa bażika m’hu kapaċi jirraġuna Bernard Grech?
Biex jidher ħelu ma-fażżjoni tal-estremisti fi ħdan il-PN u mingħalih qed jagħmel xi pjaċir lil Robert Aquilina, ħareġ jgħid illejla ma’ LovinMalta, li ‘l-Pulizija m’għandhomx jinvestigawh fuq il-leaks mill-Inkjesta Maġisterjali fuq il-Bank Pilatus.
Bħallikieku l-Pulizija għandhom għażla ora x’kull waħda!
Leak minn Inkjesta Maġisterjali hi ħaġa serja ħafna, u l-fatt li l-Pulizija bagħtet għal Robert Aquilina, kien propju għaliex il-Maġistrat ordnat li jsir hekk!
Issa jiġi Bernard Grech u jgħid lill-Kummissarju biex ma jobdix ordni tal-Qorti!
Mela le! Jaf jirrispettahom l-istituzzjonijiet Bernard Grech.
Għal ġieħna Avukat dan.