Ma kienux ġimgħatejn faċli għal Bernard Grech kemm dam msiefer fiċ-Ċina u f’Valencia fi Spanja, fejn kien ‘mgħasses’ il-ħin kollu minn Beppe Fenech Adami.
Mhux magħruf kif Beppe Fenech Adami kellu jkun inkluż fil-vjaġġi lejn iċ-Ċina u anki għall-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew fi Spanja, u ħafna kienu dawk fil-PN li kkummentaw kif Fenech Adami kien dispost iqatta’ ġimgħatejn msiefer meta s-soltu jsiefer biss mal-mara u mal-familja.
Kif jirrapporta sieħbi Neville Gafa, dan l-aħħar Beppe Fenech Adami qed jieħuy rwol ferm aktar ċentrali fi ħdan il-PN, tant li qed jitqies bħala Kap ieħor flimkien ma’ Karol Aquilina.
Il-fatt li Beppe Fenech Adami għażel li jagħmilha tal-‘prefect’ ma’ Bernard Grech f’mument fejn il-PN għaddej minn taqlib kbir fi ħdan il-Grupp parlamentari tiegħu, juri kemm l-establishment tal-PN mhux qed jafda lil Bernard Grech waħdu.
Fl-ebda mument ma jridu li Bernard Grech ikun waħdum speċjalment barra fejn jista’ jkun li jilħaq xi ftehim ta’ għajnuna finanżjarja jew mod ieħor, u l-establishment ma tkunx taf.