Jagħmel x’jaghħmel, Bernard Grech se jibqa’ taħt il-lenti tal-attivisti estremisti ta’ Repubblika u Occupy Justice, li issa qed jattakkawh talli kien spalla ma’ spalla ma’ Joseph Muscat waqt il-lineup tal-finalissima tal-partita Hamrun Spartans kontra Birkirkara l-bieraħ fl-iStadium Nazzjonali.
Diversi attivisti kkummentaw fuq dak li fissru bħala ‘inaċċettabbli’ li Grech deher spalla ma’ spalla ħdejn joseph Muscat li hu l-President tal-Assoċ1jazzjoni tal-Klabbs tal-Premier League.
Bernard Grech jispiċċa taħt attakk għax kien spalla ma’ spalla ma’ Joseph Muscat
Għada t-Tnejn, Grech se jiffaċċja lil Karol Aquilina u lil Beppe Fenech Adami waqt laqgħa tal-Grupp Parlamentari, l-ewwel waħda f’xahar kemm ilu li ltaqa’ l-aħħar, fejn mistenni jkompli jaqla’ fuq rasu dwar is-survey tal-MaltaToday li ħareġ ftit qabel l-Għid il-Kbir.
+