Bil-Partit Nazzjonalista mifqugħ bid-dejn, li saħansitra jlaħħaq mal-€42 miljun, Bernard Grech qed iwiegħdek li kapaċi jagħmel aħjar mill-Gvern tal-lum fl-amministrazzjoni tal-finanżi tal-pajjiż!
Bernard Grech qed iwiegħdek governanza aħjar, meta hu stess evada t-taxxa.
Qed iwiegħed li jieħu ħsieb lill-ħaddiem billi jnaqqaslu t-taxxa fuq il-part-time u li jagħtih kwalita’ ta’ ħajja aħjar, meta hu stess ammetta – u qiegħed taħt investigazzjoni – li seraq u wettaq misappropjazzjoni mill-flus tal-bolol tal-ħaddiema tiegħu stess!
Insomma mill-Oppożizzjoni kapaċi jwiegħed minn kollox, iżda diġa nafu lill-PN fil-Gvern sa 12 il sena ilu.
Kemm vvutaw bil-qalb biex jidħlu l-kontijiet għoljin tal-enerġija u li jgħolew il-prezzijiet tal-fuels u l-gass.
Afdawh! Meta lanqas costings ma hu kapaċi jagħmel, basta tivvutalu, imbgħad naraw!
Il-PN sar biss il-Partit tal-Illużjoni.