Id-djufija ta’ Bernard Grech, bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista ma tistax tkun aktar ċara quddiem ir-realta’ tal-arroganza ta’ Karol Aquilina, li llejla fil-Parlament reġa kompla bl-attakki tiegħu fil-konfront tal-awtorita’ tal-iSpeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia.
Karol Aquilina, għal darb’ oħra kellu l-ardir li jinfexx jgħajjat u jgħajjar lill-iSpeaker, talli waqqaf lid-Deputat Mark Anthony Sammut, milli jagħmel assusnzjonijiet fuq rulings preċenti tas-Sedja.
Kien f’dan il-mument li Aquilina (bil-mikrofonu mitfi) li nstema ċar jisfida lill-iSpeaker biex ma jiddibattix miegħu!
Aquilina saħansitra sfida lill-iSpeaker biex ikeċċih bil-Pulizija. Ħaġa li l-iSpeaker ma paxxiħx, għaliex kien ovvju li dak li ried Aquilina biex jagħmel show,
Din l-imġieba skorretta u pastaża ta’ Karol Aquilina ilha għaddejja fil-Parlament, b’nuqqas totali ta’ rispett lejn l-awtorita’ tas-Sedja.
U Bernard Grech? Jibqa mutu! Gallarija!
Grech ma jiċċaqlaqx. Jibqa’ qisu pastiżż, ma jagħmel u ma jgħid assolutament xejn.
Karol Aquilina sar kwasi kwasi jsikket lil Bernard Grech, il-Kap tiegħu u jinjora kull awtorita’. Ġab li Grech il-pupu tiegħu, u jidher ċar li l-istess Grech qata’ qalbu kompletament minn kollox.
Din l-imġieba passiva ta’ Gtech qed tpoġġih f’pożizzjoni simili ħafna għal li kien tpoġġa fih Adrian Delia qabblu, fil-kariga ta’ Kap.
Grech sar jaqlagħha minn tal-establishment li jikkmandah, kif ukoll mill-partitarji ġenwini li xebgħu jarawh passiv u jibqa’ gallarija għal din l-imġieba ta’ Aquyilina u sħabu.
Grech jaf li kontrih hemm kulħadd, u l-jiem tiegħu bħala Kap Nazzjonalista huma litteralemnt magħduda.
Inutli huma l-isforżi u x-xeni fuq il-palki u fid-dimostrazzjonijiet.
Fil-PN, Grech sar biss ornament.
Fil-PN issa sar jikkmanda biss il-‘bojja’ Karol Aquilina, li qed joqtol lill-Kap u lill-PN miegħu!