Issekondat b”like ta’ approvazzjoni minn Simon Busuttil, Karol Aquilina u Jason Azzopardi, id-Deputat Nazzjonalista kkonferma li hu man-na]a tal-estremisti li ħatfu lil-PN taħt idejhom.
B’kitba fuq Facebook, Beppe Fenech Adami sfida lill-Laburisti dwar il-vot li mistenni jittieħed fil-Parlament nhar it-Tnejn li ġej, dawr l-imġeiba ta’ Karol Aquilina fil-konfront tal-iSpeaker Anġlu Farrugia.
Beppe Fenech Adami kiteb: ‘lil dawn il-kodardi, jien ser niefqilhom’.
Din mhux l-ewwel darba li Fenech Adami uża dan it-ton mal-Laburisti.
Filwaaqt li f’kull diskors tiegħu fil-Parlament jinfexx f’ tgħajjir lejn il-bankijiet tal-Gvern, jibqa’ jitfakkar għad-dikjarazzjoni tiegħu : ‘il-Partit Laburista ma jeżistix’.