Iallu Beppe!
X’mossa kobra għamillek Bernard Grech, ħadek iċ-Ċina miegħu u u ħadek għand tal-Huawei, propju fil-qalba tagħhhom!
Mhux ta’ b’xejn innutajtek kwiwet kwiet, u mindu ġejt lura mis-safra qas ‘uff xi sħana’ ma lissint, anżi pjuttost żammejt low profile, u lanqas lil Alex Borg ma semmejt.
Beppe Fenech Adami għand Huawei ma’ Bernard Grech
Din tal-laqgħa ma’ politiċi biss li qal Bernard Grech, u l-mod imbeċilli kif wieġeb lill-ġurnalisti tal-One News meta staqsewh biex ikun ċar dwar jekk iltaqax ma’ tal-Huawei, nemmen li inkwetatek xi ftit.
Beppe, ħa nkunu ċari, issa int ilek fil-politika. Misytaqsik, kif ma xammejthiex ġejja din? Jew veru qtajt qalbek minn kollox fil-PN?
Beppe Fenech Adami ma’ Bernard Grech jippużaw f’ritratt għand AITO-Huawei
Mhemmx xi ngġidu imma, Bernard Grech ġenju. Għamillek mossa kobra, u ma rajthiex ġejja, jew kien tard wisq meta ndunajt.
Tislijiet!