Beppe Fenech Adami qed jagħmel minn kollox biex isalva l-kunsill ta’ Ħal Għargħur u ma jispiċċax jgħix f’Palazz fil-lokalita’ li mistennija tispiċċa mmexxija minn Kunsill Laburista.
Filwaqt li fl-aħħar jiem il-partit Nazzjonalista niżżel il-kavallerija kollha tiegħu biex jipprova jipproteġi lis-Sindku tiegħu Helen Gauci, wara li l-ex Viċi Sindku tagħhom Francesca Attard irriżenjat mill-PN u għaddiet indipendenti u ngħaqdet maż-żewġ Kunsilliera Laburisti biex trssqet możżjoni ta’ sfiduċja kontra s-Sindku, tal-PN tagħthom rashom.
Attard, flimkien mal-Kunsilliera Laburisti sejħu l-możżjoni ta’ sfiduċja fuq il-bażi ta’ suspetti serji ta’ irregolaritajiet fl-amministrazzjoni tal-finanżi tal-Kunsill, kif ukoll fuq sensiela ta’ deċiżjonijiet importanti li ttieħdu mingħajr il-kunsens tal-Kunsill.
Jekk kemm-il darba tgħaddi l-możżjoni, il-PN jispiċċa jitlef il-maġġoranża tiegħu hekk kif il-Kunsill bħalissa spiċċa 2 PN, 2 PL u 1 indipendenti.
Filwaqt li Bernard Grech u s-Segretarju Ġenerali Charles Bonello għaddejjin b’kampanja ta’ żjarat lir-residenti biex jikkonvinċuhom jipproteġu lis-Sindku tagħhom u ma jitilfux il-maġġoranża, taw bidu għal kampanja ta’ tqassim ta’ leaflets fost ir-residenti biex tfakkarhom li fl-elezzjonijiet ta’ Ġunju tas-sena li għaddiet, il-PN kiseb il-maġġoranża tal-voti.
Flyers tal-PN li qed jitqassmu fid-djar ta’ Ħal Għargħur f’dawn is-siegħat
Madankollu, il-PN ma kienx kapaċi jżomm dik il-maġġoranża, għaliex is-Sindku Helen Gauci mexxiet b’arroganża u b’nuqqas ta’ governanza tajba, tant li anki r-residenti bdew jeħduha kontriha.
Issa Beppe Fenech Adami li jgħix hemmhekk, għaddej bil-kampanja tiegħu ukoll biex ma jarax il-lokalita fejn jgħix ma’ martu, mmexxi mill-Partit Laburista.
Nies mil-lokal qalulna li Fenech Adami hu ddisprat biex ma jitlifx il-Kunsill ta’ Ħal Għargħur u qed iżur id-djar u l-każini biex jipproteġi l-futur ta’ Helen Gauci, li hi magħrufa bħala kanvasser prima tiegħu.
Beppe Fenech Adami qed jirrepeti l-ħin kollu l-mantra li f’Ġunju li għadda l-PN kiseb il-maġġoranża tal-voti fil-lokalita’