Alex Borg wasal lura Malta mill-bachelor’s party fis-Slovakkjam u mill-ewwel ireaġixxa fuq Facebook għal dak li fisser bħala s-“sorpriża” li sab tistennih mingħand Kevin Cassar.
“Dalgħodu, hekk kif erġajt lura lejn Malta, sibt rigal sabiħ mingħand Kevin Cassar,” kiteb Alex Borg, filwaqt li żied
li t-titlu ta’ ‘Trojan Horse’ – “hija falza minn fuq s’isfel”.

“Minn erba’ kolonni u nofs ta’ artiklu, erba’ kolonni huma attakk personali fuqi, dwar x’naħseb dwar Trump.
Apparti li fl-intervista li huwa jsemmi, ngħid ċar li ma naqbilx għal kollox ma’ dak li jgħid Trump, ngħid ukoll li rridu nifhmu kif, minkejja kollox, dan il-fenomenu politiku seħħm”, kompla Alex Borg.
Iżda l-akbar kontra-attakk ta’ Alex Borg jiġi hawnhekk:
“L-istil ta’ politika ta’ kollox jew xejn, jew inkissrek, in-nies ilha li poġġitha għall-ġenb u Kevin Cassar, bl-artikli tiegħu, mhijiex l-ewwel darba li żera’ ż-żerriegħa tal-firda ġewwa l-Partit Nazzjonalista.
“Le, mhuwiex l-ewwel darba li għajjar lil esponenti tal-Partit Nazzjonalista bħala Trojan Horse tal-Labour.
Ilkoll nafu x’ġara wara dawk id-dikjarazzjonijiet. Dik it-tagħlima l-Partit Nazzjonalista ħadha u mhux se jaqa’ għal dik in-nassa” temm jgħid Alex Borg u tefa’ ritratt tiegħu ma’ Bernard Grech.