Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Albert Buttigiegqabad u fajjar attakk fuq l-eks strateġista u Kap tal-Komunikazzjoni ta’ Bernard Grech, Alessandro Farrugia li dalgħodu tefa’ post fuq Facebook biex jikkritika lill-PN li għadu ankrat mal-passat u kwasi 30 sena wara għadu jdoqq ‘we take the chance’ waqt il-manifestazzjonijiet tiegħu.
Għal Alessandro Farrugia, il-PN mhux qed jirnexxielu javvanża ‘l quddiem għaliex ma jridx jinftam mill-passat u ma donnu qed jirrifjuta li jiġġedded.
Buttigieg ikkummenta fuq il-post ta’ Lovin Malta li rrapporta li qal Alessandro Farrugia u implika li Farrugia għandu xi ‘għeneb qares’
Iżda Albert Buttigieg, li mhix l-ewwel darba li jaqbad u jfajjar kummenti bl-addoċċ ħareġ jattakka lil Farrugia u pprova jqabbel ‘Tema 79′ li hi kapulavur mir-rock opera Gensna, ma’ ‘we take the chance’ tal-Modern Talking.
Nifhmu li dan il-kumment ta’ Albert Buttigieg m’għaddiex inosservat fil-PN, tant li mistenni jifetaħ front bejn l-amministrazzjoni tal-PN u l-istess Buttigieg minħabba l-kumment.