Fuq Adrian delia, illum nasal ngħid li ‘Daphne kellha raġun!’ ma tistax tafdaħ, lanqas jekk int Nazzjonalist.
Tqaċċat bl-aktar mod brutali u sfaċċat mill-establishment tal-PN, kissrulu familja u rredikolawh quddiem pajjiż sħiħ, u llum l-istess Adrian Delia – nieqes appendix – qed jilgħaq lil dawn l-istess nies, biex joqgħod bħala l-‘pupażż’ tagħhom Kap tal-Oppożizzjoni.
Xammejtha ġejja mill-bogħod, li wara dik it-tbissima artifiċjali u ta’ ħbiberija ma’ Alex Borg, li kellunjkun id-delfin tiegħek, kien hemm xort dik l-ambiżżjoni li jimxi hu u mhux Alex.
Uża lill-kunjatu biex isawwat lil Bernard, uża lil Alex biex jinfiltra f’Għawdex.
Iżda l-Għawdxin mhux boloħ, u issa kixef idejh. Issa jafu min hu t-traditur.
Delia jista’ jinsa li jikkontesta fuq it-13- id-Distrett.
Għalija Delia jista joqgħod kemm irid bġala Kap tal-Oppożizzjoni u jaċċetta li jaqsam it-tmexxija tal-PN ma’ Roberta Metsola. Problema tal-PN.
Iżda l-problema ta’ Delia se tibqa issa għal għomru. li : ‘Daphne kellha raġun!;
Ma jistax ikun fdat. Iħobb il-poter, jarmi lil sħabu u jħobb jissawwat!
Nirrepeti: ‘Adrian, Daphne kellha raġun!’