Aaron Caruana magħruf bħala ‘il-Bibi‘ – Viċi Sindku PN fil-Gżira u ċ-Chief canvasser tal-MEP Peter Agius – għadu kif ammetta miegħi li post mimli tgħajjir lejja b’ritaljazzjoni għal storja li jien tellajt dwar fenkata li marret żmerċ mal-helpers tal-PN Nazzjoanlista kitibha u ġiegħlu jitfa’ fuq ilpaġna facebook tiegħu, l-istess Peter Agius.
Din it-telefonata kienet irrekordjata, u lest nsemmagħha meta jkun il-waqt biex nikkonferma kemm ċerti nies m’għandhom l-ebda mistħija.
Aaron ‘il-Bibi’ Caruana mal-benjamin tiegħu l-MEP Peter Agius
Iżda din hi t-traskrizzjoni tat-telefonata llejla
KSN: Hello
Aaron: Isma jiġifieri bejniethna se nħassru kollox?
KSN: Aaron, issa li ħriġt tivvinta u tgħajjarni, jiddispjaċini m’għandix għalfejn nitkellem aktar miegħek. Issa noħroġ kollox jien xi ktibtli, x’irrakkontajtli fuq kulħadd, inkluż fuq Peter, David Casa, Metsola…kulħadd, għax kollox inżomm jien. M’inix ċuċ.
Aaron: Le għala? Mela jien naf nikteb hekk?
KSN: Mhux int ktibtha?
Aaron: LE! ġiegħluni. Kieku jien ridt nikteb kontrik kont nikteb filgħodu, mhux issa.
KSN: omm waħda min ġiegħlek? Peter?
Aaron: Mhux hu jħallasli l-paga!
KSN: Grazzi talli qed tgħidli u tikkonfermali. Din it-telefonata imn’Alla qed nirrekordjaha. U se nippubblikaha.
Aaron: U le! Għaliex issa?
KSN: Skużi ta, int għadek kif ammettejtli li Peter Agius qabbdek tikteb tgħajjarni. Taf xi tfisser dik?
Aaron: Tgħamillix ħsara pls! Se nħassar il-post.
KSN: Mhux li tħassar, trid tikteb apoloġija!
Aaron: U ejja!
KSN: M’għandix aktar xi ngħidlek, ħlief li taqra li se nikteb. Ċaw!
Dan hu l-livell li waqa’ fiħ il-Partit Nazzjonalista, li jirrikorri għat-tgħajjir u l-insulti personali biex mingħalih jirbaħ argument li jkun tilef għal kollox.
Fuq sempliċi rapport dwar fenkata li marritlu żmerċ għax inkapaċi jorganizza attivita’ suriet in-nies għall-canvassers u għall-helpers tiegħu, Peter Agius pprova jinħeba wara Aaron Caruana, u kif ammetta l-istess Caruana, kein Peter Agius li kitiblu l-post u ‘ġiegħlu jippubblikaha’ fuq il-paġna tiegħu.
Dan ir-recording u t-traskrizzjoni tal-konversazzjoni fejn Agius qed ikun indikat bħala l-persuna li kitbet post ta’ tgħajjir u insulti personali u ġiegħley lil canvasser tiegħu jippubblikaha, lill-Ombudsman tal-Parlament Ewropew, lill-Kummissarju għall-iStandards tal-Parlament Ewropew u dak Nazzjonali, kif ukoll lill-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola.
Intant, aktar kmieni fil-ġurnata, Aaron Caruana kien ikkonferma miehħi l-kontenut tal-istorja ppubblikata, tant li kitibli f’messaġġ WhatsApp il-kelma, ‘reddajtuli’.