
Merħba f’reżistenza.org
Jien Karl Stagno-Navarra, eks Nazzjonalist u politikament ppersegwitat mill-Partit Nazzjonalista għas-sempliċi raġuni li eżerċitajt dritt fondamentali tiegħi: Dak li niċħad il-‘maduma’ u nimmilita fejn ħabbtet qalbi – fi ħdan il-Partit Laburista.
Minn dakinhar ‘l hawn, tal-PN ma ħafruli qatt u għażlu t-triq ta’ persekuzzjoni bla rażan fil-konfront tiegħi.
Dan il-blog se jkun qed jikxef veritajiet moħbija tal-PN, jispjega fatti u jirrakkonta ġrajjiet.
Se jirrakkonta wkoll ħidmet il-Gvern immexxi mill-Partit Laburista, u l-mixja tiegħu lejn it-twettiq tal-Manifest Elettorali tal-2022,l u li għalih, il-Partit Laburista ngħata l-akbar mandat fl-istorja politika ta’ pajjiżna.
Dan il-blog hu ddedikat lil kull persuna li hu politikament ippersegwitatf’pajjiżna, iżda fuq kollox lil dawk l-eluf kbar ta’partitarji li laqgħuni b’idejhom miftuħin beraħ fi ħdan il-familja kbira Laburista.
Għodduni bħala l-vuċi ta’ reżistenza tagħkom f’kull ħin, kontra min ma jaħmilx dak kollu li hu Laburist.
Sens ta’ gratitudni,
Karl Stagno-Navarra
Ġurnalista



