Dan Ryan Borg ikompli jħaffer aktar fil-fond.
F’recordings mxandra fuq Net News Ryan Borg jinstema’ jgħajjar lill-eks kollegi tiegħu fis-Segretarjat tal-Ministeru għall-edukazzjoni bħala ċwieċ bla kwalifika mill-Universita’.
Iżda jiżloq fin-niexef, meta llejla pubblika nota bl-Ingliż biex jgħid li qed jieħu l-pariri legali biex inaddaf ismu minn dak li qed jintqal fuqu.
Ħa ntih oħra għal magħha.
Fejn tgħallem l-Ingliż?
L-istqarrija tiegħu hi miktuba b’Ingliż atroċi, bi kliem u verbi żbaljati.
Ryan, bl-Ingliż ngħidu ‘redacted‘ u mhux ‘retracted‘ għal affarijiet li jinqatgħu.
Ma ngħidux ‘attain‘ iżda ‘obtain‘ biex tikseb.
U mhux ‘whom he had a personal or political agenda, iżda WHO HAS!
Fhimtha issa? Jew se tirrepeti l-klassi?
Għandu għaliex jitkaża b’ħaddieħor għax bla degree mill-Universita!
Għal dan qed jagħmlu frattarija Net News?